l-Gvern jippretendi li l-poplu ma jistaqsix x’qed jintefaq, kif qed jintefaq u kemm qed jitħallsu ċerta persuni fil-PBS – kif jista’ jkun ma jkunx hemm dawn il-mistoqsijiet meta dawn huma fondi pubbliċi.
Kien dan is-sentiment tal-Editorjal tat-Times of Malta – hekk kif kompla jisħaq kif inhi surreali li l-Gvern Malti jistenna li l-ġurnalisti, l-media u l-poplu inġenerali ma njistaqsux dwar kemm jintefqu flus mill-PBS u jekk dawn l-istess fondi pubbliċi hux qed jiġu nvestiti bl-aktar mod sensibbli u responsabbli.
Bl-editorjal jisħaq li dawn il-preokkupazzjonijiet tal-poplu huma raġonevoli – anke wara snin ta’ ħabi dwar infieq fl-istess PBS. Dan apparti li l-Ministru Owen Bonnici, responsabbli mill-PBS, rrifjuta li jgħati ċerta ċifri.
L-editorjal tkellem wkoll dwar l-aħħar kwistjoni li tinvolvi l-preżentatur Ricky Caruana – dik li jinżamm mistur il-kuntratt li ingħata lilu sabiex jagħmel programm prime-time fuq ix-xandir nazzjonali – bil-Ministru totalment jaħrab mill-mistoqsijiet u jibqa’ ma jippublikax kemm qed jitħallas il-preżentatur mill-fondi pubbliċi.
L-editur saħaq li l-poplu ma jistax ma jistaqsix meta jara lil mexxejja tal-pajjiż jirrifjutaw li jkunu trasparenti u kontabbli – speċjalment meta huma responsabbli mill-użu ta’ dawn il-fondi pubbliċi.
Apparti min hekk ntqal ukoll li l-PBS qed jkompli jirrifjuta li jgħati wkoll rendikont tal-infieq fuq il-Eurovision – bl-editur jisħaq li sabiex il-poplu jkollu verament moħħu mistrieħa li flusu qed jintefqu kif suppost, dawn il-mistoqsijiet iridu jiġu mwieġba.
Anke minħabba li hu dritt taċ-ċittadin li jkun jaf u dover legali tal-istituzzjonijiet pubbliċi – bħal ma hu l-PBS – sabiex jippublikaw l-infieq tagħhom fl-interess ta’ pajjiżna. Bl-editur jisħaq li din hija essenzjali għal fiduċja tal-poplu f’din l-istituzzjoni importanti.
Bl-editoral jalaq li jekk din it-trend tkompli, ċioe li l-gvern ikompli jirrifjuta li jgħid fil-miftuħ kemm u kif qed jintefqu flus il-poplu, is-suspetti dwar prattiċi ħżiena u ħabi ser jkomplu jiżdiedu.
//= $special ?>

