Il-gruppi favur id-drittijiet umani madwar id-dinja qed jikkundannaw is-sentenza mogħtija lil Jimmy Lai, sinjurun tal-media u difensur tad-demokrazija, li, f’Hong Kong, ingħata sentenza ta’ 20 sena ħabs..Sentenza li rriflettiet l-akkuża li hu kien qed ‘jikkollabora mal-entitajiet barranin bi sfida għal-liġi kontroversjali dwar is-sigurtà nazzjonali’.
It-territorju ta’ Hong Kong hu kontrollat miċ-Ċina u meta Jimmy Lai, ċittadin Britanniku, hu l-aktar prominenti fost il-mijiet li spiċċaw arrestati s’issa taħt din il-liġi,
Lai hu kritiku aħrax taċ-Ċina u kemm-il darba wassal il-messaġġi ta’ protesta kontra l-Gvern komunista f’Beijing permezz tal-gazzetta tiegħu, Apple Daily.
Il-kundanna hi wkoll l-aktar waħda ħarxa li ngħatat s’issa b’relazzjoni mal-liġi għal Hong Kong…Liġi li ċ-Ċina imponiet wara l-protesti kbar tal-massa tal-2019 fejn ir-residenti ta’ Hong Kong insistew għal aktar libertà, bħala pass essenzjali lejn l-istabbilità tat-territorju li hu wkoll eks-kolonja Britannika.
Sadanittant, Sebastian Lai, iben is-sinjurun, ikkritika ż-żjara riċenti fiċ-Ċina li għamel il-Prim Ministru Britanniku Keir Starmer bħala opportunità mitlufa fl-impenji lejn il-ħelsien ta’ missieru. Hu saħaq li s-sentenza mogħtija lil Jimmy Lai qed tfisser ukoll ‘il-qerda totali tas-sistema legali u l-proċess għall-ġustzzja fit-territorju ta’ Hong Kong’.
//= $special ?>

