F’konferenza tal-aħbarijiet mhux skeduta l-mexxej Laburista fl-Iskozja, Anas Sarwar, sejjaħ għar-riżenja tal-Prim Ministru Laburist Keir Starmer.
Sarwar sejjaħ din il-konferenza tal-aħbarijiet wara li żewġ membri tal-Gvern Laburista rriżenjaw f’inqas minn 24 siegħa bejniethom.
Sarwar qal li t-tmexxija f’Downing Street “għandha tinbidel”.
Minkejja li huwa mexxej f’isem l-istess partit, Sarwar qal li l-ewwel prijorità għalih hija l-Iskozja u li mhuwiex lest li jissagrifika li l-Partit Nazzjonali Skoċċiż jerġa’ jikseb il-poter fl-Iskozja minħabba l-iskandlu ta’ Starmer.
Din l-istqarrija hija l-iktar sejħa sinifikanti s’issa fi ħdan il-Partit Laburista Britanniku għar-riżenja ta’ Starmer.
Il-Mexxej Laburista fl-Iskozja sejjaħ għar-riżenja ta’ Keir Starmer


