Jimmy Lai, il-fundatur tal-gazzetta Apple Daily, ġie kkundannat għal 20 sena ħabs taħt il-liġi tas-sigurtà nazzjonali ta’ Hong Kong.
Lai, li għandu 78 sena nstab ħati ta’ żewġ akkużi; ta’ xogħol ma’ forzi barranin u akkuża oħra ta’ pubblikazzjoni ta’ materjal li jmur kontra l-gvern.
Il-qorti qieset li l-azzjonijiet tiegħu kienu serji u premeditati, u ċaħdet it-talbiet biex titnaqqas is-sentenza ta’ priġunerija minħabba l-istat ta’ saħħtu. Lai ilu fil-ħabs mill-2020 b’rabta ma’ akkużi oħrajn.
Intant, Il-familja ta’ Jimmy Lai qalet li l-piena kienet krudili u tista’ tkun sentenza ta’ mewt, minħabba l-età u l-kundizzjonijiet mediċi tiegħu.
//= $special ?>

