Minn wara li waqfet topera fit-30 ta’ Marzu 2024, l-Air Malta baqgħet tħallas diversi pagamenti fl-ammont ta’ €50 miljun lil xi suppliers.
Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista David Agius li staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jgħid kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024, id-data li fiha ma baqgħetx tiffunzjona.
Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana wieġeb biss li mit-30 ta’ Marzu sallum, l-Airmalta ħallset €50,448,287.076 f’pagamenti. F’diskors li għamel fil-parlament illum il-Ministru tal-Finanzi rrifera għal din is-sitwazzjoni iżda ma tax dettalji dwar min huma dawn l-impjegati jew ir-raġunijiet għaliex baqgħu jsiru dawn il-pagamenti.
//= $special ?>

