Sitt familji għadhom qed jingħataw l-assistenza meħtieġa mill-BCA u se jibqgħu f’akkomodazzjoni alternattiva sakemm il-proprjetajiet tagħhom ikunu dikjarati li ma hemmx periklu.
Ħabbret dan fi stqarrija il-BCA stess, b’referenza għaċ-ċaqliq li nħass il-Ħadd fil-bini ta’ terzi fi Triq Misraħ il-Barrieri u Triq is-Soll f’Santa Venera.
Il-BCA spjegat kif fl-aħħar sigħat kompla għaddej xogħol ta’ emerġenza bħala prekawzjoni f’waħda mill-proprjetajiet biswit is-sit ta’ kostruzzjoni.
Fl-istqarrija, il-BCA tenniet li it-Tnejn filgħodu l-uffiċjali tagħha identifikaw il-proprjetajiet li sofrew ħsarat, fiż-żewġ toroq imsemmija.
Eventwalment se jiġi wkoll determinat metodu ġdid tax-xogħlijiet fis-sit tal-kostruzzjoni, hekk kif il-proprjetajiet affettwati huma mibnija fuq fondazzjonijiet fraġli.
Il-BCA saħqet li flimkien mal-OHSA, se jibqgħu jaraw li jiġu salvagwardjati l-interessi u d-drittijiet tat-terzi affettwati kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk kollha involuti.
//= $special ?>

