Internazzjonali

Strajks nazzjonali tal-ferroviji fi Spanja

Min-nhar it-Tnejn sa nhar l-Erbgħa, xufiera tal-ferroviji fi Spanja se jkunu qed jeżerċitaw strajk nazzjonali bħala protesta kontra dak li jgħidu li hu nuqqas ta’ garanziji tas-sigurtà fuq is-sistema tal-ferroviji.

Ix-xufiera qed iqajmu dan l-inkwiet wara li tlett aċċidenti seħħew fl-istess ġimgħa f’Jannar.

L-ewwel aċċident seħħ fuq ferrovija li kienet qiegħda tivvjaġġa minn Málaga lejn Madrid. It-tlett vaguni ta’ fuq wara tal-ferrovija privata ħarrgu minn fuq il-binarji u spiċċaw ħabbtu ma’ ferrovija tal-istat li kienet qiegħda tivvjaġġa lejn id-direzzjoni l-oħra. Dan l-aċċident ħalla 45 persuna mejta.

Jumejn wara, ferrovija fir-reġġjun ta’ Katalunja ħabtet meta ħajt waqa’ quddiemha kawża tal-maltemp. Dan l-inċident qatel lix-xufier u darab mill-inqas 37 persuna.

It-tielet aċċident seħħ jumejn wara dak, iżda dan ma ħalla lil ħadd midrub serjament. Krejn operat minn kumpanija privata kien partzjalment imblokka l-binarji u l-ġenb tal-ferrovija ħabat fih.

L-unjoni ewlenija tal-impjegati fi ħdan is-settur tal-ferroviji, Semaf, talbet li iżjed ħaddiema jiġu mpjegati u li jsir iżjed investiment fl-arranġament tal-ferroviji.

Kawża tal-istrajk, huwa mistenni li r-rottot tal-ferroviji fi Spanja mhumiex se jkunu qed joperaw sa mill-inqas nhar l-Erbgħa.