Tliet persuni kienu arrestati wara li l-Ħadd filgħaxija seħħ argument bejn numru ta’ persuni fil-Gżira.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fi Triq Sir Charles Cameron meta għal xi raġuni seħħ argument bejn numru ta’ persuni.
Fil-post kienu msejħa uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lil raġel ta’ 30 sena l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief.
Intant, wara investigazzjoni mill-Pulizija, kienu identifikati tlett irġiel oħra li kienu involuti fl-argument u wara tfittxija fl-akwati huma nstabu u ġew arrestati.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin
//= $special ?>

