Internazzjonali

UE: Twissija dwar il-passi li jmiss mir-Russja

Kaja Kallas, l-Uffiċjal Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin, wissiet li l-isforzi internazzjonali lejn il-paċi fl-Ukrajna kapaċi jwasslu għall-aggressjoni aktar intrensiva mir-Russja…Dan  jekk kemm-il darba Vladimir Putin u l-Kremlin ma jkunux sfurzati biex jagħmlu l-konċessjonijiet sinifikanti.

Kallas tinsab inkwetata li t-taħditiet bejn l-Ukrajna u r-Russja – sponsorjati mill-Istati Uniti – baqgħu ma wasslux għal riżultati konkreti. Hi sostniet li l-istaġnar qed jirrifletti nuqqas ta’ serjetà minn Moska fi żmien meta l-Ukreni qed jippruvaw għall-konċessjonijiet.

L-24 ta’ Frar li jmiss jaħbat ir-raba’ anniversarju ta’ meta l-Armati ta’ Vladimir Putin qasmu l-fruntiera lejn l-artijiet tal-Ukrajna biex taw bidu għall-gwerra mdemmija attwali. Intant, Kaja Kallas mhix tistenna eżitu importanti mill-proċess ta’ negozjati maqsum f’diversi fażijiet.

Dan ukoll meta l-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky,  qed isejjaħ biex l-Alleati tal-Punent iwasslulu aktar sistemi ta’ difiża għal kontra l-attakki mill-ajru. Fl-aħħar attakki tar-Russja, fi tmiem il-gimgħa, kienu sparati mill-ġdid il-mijiet tad-drones u l-missili lejn l-ibliet tal-Ukreni –b’mod partikulari l-faċilitajiet li jipproduċu sħana għar-residenti.