Raġel u mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li ndarbu gravi f’żewġ inċidenti separati it-Tnejn filgħodu.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra 10:30 am, fi Triq tal-Providenza s-Siġġiewi. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 50 sena minn Ħaż-Żabbar, tilfet il-kontroll tal-vettura ta’ l-għamla Toyota Auris u ħabtet f’ħajt. Fil-vettura magħha kien hemm ukoll mara ta’ 28 sena residenti Ħal Safi.

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 am, fi Triq Burmarrad, Burmarrad. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Piaggio Vespamisjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti s-Swieqi.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u x-xufier tal-mutur kif ukoll il-passiġġiera ta’ 28
sena li kienet fil-vettura Toyota ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard
ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin.


