Wara l-quddiesa pontifikali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien milqugħ b’entużjażmu mill-Beltin li llum qed jiċċelebraw il-festa ta’ San Pawl Nawfragu.
F’temp mill-isbaħ, folol kbar ta’ nies inġabru fil-Belt matul il-ġurnata biex gawdew din il-festa pubblika.
U ħafna baqgħu fil-kapitali anke għall-marċ illi sar aktar tard wara nofsinhar.
It-toroq tal-Belt kienu imżejna b’armar mill-isbaħ għal din l-okkażjoni – festa li kienet imxandra anke fuq Net Television.
Alex Borg kien akkumpanjat fil-Belt Valletta minn Sarah, u minn diversi deputati u kandidati tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll kunsillieri lokali. B’dawk kollha li ltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista jifirħulu għall-fatt li qed iżomm kuntatt kontinwu man-nies, u jitkellem fuq temi li qed jaffetwaw direttament lilhom.

Ritratti: Joseph Galea
//= $special ?>

