Lokali

Il-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl pospost għas-6:30pm minħabba x-xita

Ritratti: Joseph Galea

Il-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl Nawfragu kellu jiġi pospost għas-6:30, hekk kif pajjiżna qed jesperjenza xita qalila.

Fi stqarrija ppubblikata mill-Għaqda tal-Pawlili, kien ikkonfermat li l-ħruġ kellu jiġi pospost. Dan hekk kif il-ħruġ kien skedat għall-5:30 ta’ filgħaxija.

Naġġornawkom fil-ħin li ġej dwar il-purċissjoni skedata.