Lokali

“Il-liġi tal-Gvern mhix waħda ta’ protezzjoni imma vandaliżmu ambjentali” – Editorjal ta’ The Malta Independent

RITRATT: THE ASTRONOMICAL SOCIETY OF MALTA

“Id-Dwejra ma għandha bżonn l-ebda interpretazzjonijiet, ħlief dlam ċappa. Dlam li huwa neċessità ekoloġika u xjentifika”.

Kienet din id-dikjarazzjoni li għamel editorjal ta’ The Malta Indepedent fejn kien spjegat li l-abozz ta’ liġi li ressaq il-Gvern, mhix waħda ta’ protezzjoni, imma moħbija taħt vandaliżmu ambjentali fid-Dwejra.

L-editorjal spjega illi meta abbozz ta’ liġi tiddikjara li qed tipproteġi sit iżda fl-istess waqt tkisser il-kundizzjonijiet li jħarsu dan is-sit, din ma tkunx waħda ta’ konservazzjoni imma eżerċizzju qarrieq.

Is-sinifikat tad-Dwejra huwa mnaqqax fil-liġi, xjenza u snin twal ta’ riċerka. Saħanistra ura fl-2019, il-Qorti tal-Appell kienet iddikjarat li żvilupp fid-Dwejra huwa totalment kontra l-fatt li d-Dwejra hija sit protetta taħt in-Natura 2000 u d-Dark Sky Heritage. U għalhekk is-sentenza, ikkonfermat obligazzjoni legali li dan is-sit ikun protett, speċifikament bid-dlam.

Madanakollu, l-abbozz ta’ liġi tal-Gvern teqleb totalment dan il-prinċipju skont l-editorjal. Fejn kompla jispjega li dan l-abbozz li jippermetti d-dawl fis-sit sa nofsillejl kuljum, timinimizza l-importanza tad-dlam f’dan is-sit.

L-editorjal spjega li d-dawl artifiċjali ifixkel numru ta’ speċi, it-tagħmir tagħhom u anke l-mod li dawn jieklu. Filwaqt li anke jwassal għal fatalità fl-għasfur shearwaters.

Fi kliem l-editorjal, il-liġi mressqa twaqqaf dawl permanenti iżda tħalli post għal dawl artifiċjali temporanju, u din toħloq preċedent fis-sitwazzjoni.

Madanakoll, l-editorjal anke jsemmi li l-akbar inkwiet ta’ dan l-abbozz huwa li l-Gvern Laburista naqqas drastikament ir-rappreżentazzjoni tal-NGOs fil-kumitat tad-Dwejra u li kien eliminat d-delegat Malti tal-UNESCO.

L-editorjal iddiskriva dan l-aġir bħala awtorizazzjoni ta’ degredazzjoni tal-ambjent. U li l-unika alternattiva għal dan l-abbozz hija liġi li timponi dlam ċappa f’dan is-sit.

Dak kollu lil hinn mid-dlam, mhux protezzjoni temm jgħid l-editorjal.