Lokali Qorti

Il-Qorti tappella biex ma tiġix deportata mara li ma ġedditx il-permess

Imħallef appella lil Aġenzija Identità biex ma tiġix deportata Indjana li ma ġedditx il-permess biex tgħix u taħdem f’Malta, wara li hi applikat tard għall-karta tar-residenza tagħha.

Dan l-appell sar f’deċiżjoni mogħtija wara li l-mara talbet lil Qorti tqis il-każ umanitarju tagħha f’appell.

Għalkemm il-Qorti astjeniet milli tiddeċiedi favur il-mara, is-sentenza kienet tinkludi appell formali lill-awtoritajiet biex jippermuttulha terġa’ tapplika għal impjieg.

Il-mara waslet Malta fl-2021 u kienet impjegata legalment sakeem il-permess tagħha skada f’Diċembru tal-2022.

Hija applikat għat-tiġdid tal-permess f’Awwissu tal-2023, iżda l-applikazzjoni tagħha ġiet miċħuda mill-awtoritajiet wara li kienet sottomessa tard.

Il-proċeduri ta’ Identità ma jipprovdux ebda eċċezzjoni għal applikanti li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli, inkluż il-kundizzjoni ta’ dipressjoni severa li kienet qed tbati minnha l-mara, li kompliet tiggrava wara l-mewt ta’ missierha.

Il-mara kienet ħadet il-każ tagħha quddiem il-Bord tal-Appell tal-Immigrazzjoni qabel marret quddiem il-Qrati.

L-Imħallef Mintoff kellu ftit għażla ħlief li jastjeni milli jkompli jikkunsidra l-appell, filwaqt li rrifjuta wkoll l-argumenti li l-mara ma kienetx ġiet infurmata kif suppost bid-deċiżjoni kontra tagħha.

Madankollu,L-Imħallef saħaq il-fatt li l-Qorti hija marbuta bil-liġi ma jfissirx li l-awtoritajiet ma jistgħux iqisu ċ-ċirkostanzi diffiċli tal-mara.

Huwa appella lill-awtoritajiet biex jagħtuha l-opportunità terġa’ tapplika għall-permess.