Fil-Belt Valletta illum isiru c-ċelebrazzjonijiet annwali tal-festa nazzjonali ta’ San Pawl Nawfragu.
L-10 ta’ Frar, huwa jum li fih pajjiżna jfakkar il-miġja tal-appostlu f’Malta – u kif il-gżejjer Maltin aċċettaw il-fidi nisranija 60 sena wara Kristu.
Il-Quddiesa Pontifikali ssir fil-Kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu, u aktar tard toħroġ ukoll il-purċissjoni bil-vara ta’ San Pawl.
Net Television xandar live il-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta matul il-ġurnata kollha.
//= $special ?>

