Fl-ewwel kummenti tiegħu wara l-aħħar rivlazzjonijiet tal-Epstein Files, ir-Re Charles stqarr li hu lest jappoġja l-investigazzjonijiet tiegħu dwar Andrew Mountbatten-Windsor.
Kelliem għal Buckingham Palace stqarr li r-Re diġa’ wera biċ-ċar it-tħassib tiegħu dwar il-fatti li ħerġin minn dawn il-files – li implikaw fost l-oħrajn personalitajiet kbar u politiċi, inkluż Donald Trump.
Emails li ħarġu, urew kif Andrew – li m’għadx għandu t-titlu ta’ Prinċep – kien għadda rapporti konfidenzjali dwar kuntatti u żjarat li kienu qed isiru f’Singapore, Hong Kong u l-Vietnam. Dan kollu seħħ fl-2010, meta l-assistent ta’ Andrew kien għaddielu dawn ir-rapporti; u hu għaddihom lil Epstein ħames minuti wara li waslu għandu.
//= $special ?>

