Il-midja Laburista instabet ħatja li ma xandritx Right of Reply skont dak li tgħid il-liġi.
Is-Super One kien ippubblika storja li Michael Piccinino, ingħata rwol fil-kumpanija Media Link għaliex kien jappoġġja lil Alex Borg għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bil-fatti juru, li din kienet gidba, għaliex Piccinino ilu ħames snin jokkupa l-kariga ta’ Direttur ta’ din il-kumpanija,.
Dan filwaqt li laħaq editur politiku lura f’Settembru tal-2024, u cioè sena qabel saret elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Madanakollu, Michael Piccinino kien bagħat risposta għal dak li qal is-Super One, bil-midja Laburista tagħżel li xxandar din ir-risposta wara xandira oħra mimlija kummenti foloz.
Għalhekk, Piccinino ressaq ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir, ilment li sab lis-Super One ħati li ma mexiex mal-liġi tax-Xandir meta qarraq u ma xandarx ir-right of reply bil-mod kif titlob il-liġi.
Tant li s-Super One kellu anke jiddedika parti mix-xandira tal-aħbarijiet tiegħu, sabiex jammetti li l-Awtorità sabitu ħati ta’ dan.
//= $special ?>

