Kenneth Vella
Misjuq miż-żgħażugħ Għawdxi Jonathan J Farrugia, Rally Inge rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret it-Tlieta wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Din għamlet parti mis-sitt laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott.
Tmien żwiemel biss ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Dats So Cool (Ludvic Ghigo) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Crack Money (Charles Camilleri) u Follow Me Flash (Rodney Gatt). Iżda ż-żiemel ta’ Ghigo, fid-debutt staġjonali tiegħu, beda’ jnaqqas mill-ġiri meta ż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dlonk inqabeż minn Rally Inge ta’ Jonathan J Farrugia li akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva. Crack Money temm it-tielet minn I.D. Forecast (Nathaniel Barbara).
Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Gold b’Hobby Du Loisir (Jeffrey Pace) ikun il-ħin kollu quddiem. Dan ħa l-ewwel rebħa staġjonali wara li kkontrolla l-assalti ta’ Cinik D’Aghi (Miguel McKay) u Holger (Paul Galea) fl-aħħar metri. I Run De Janiero (Dylan Baldacchino) temm warajhom f’dik l-ordni.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia) Ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Hipployte De Bois (B. Camilleri) 3. Khali Magdalon (R. Gatt) 4. Jaguar Des Caux (J. C. Pace)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m 1. Invite De Star (J. Zahra) Ħin – 3.23” (1.16.9”) 2. Nyras Tess (C. Caruana) 3. Guide Imperial (D. Baldacchino) 4. Victory Wind (N. Baldacchino)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Instant De Beaum (P. Galea) Ħin – 3.24.9” (1.17.6”) 2. Eunapupa (R. Gatt) 3. Kore Du Valo (J. Gafa’) 4. Outlaw Newport (M. Debono)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Hobby Du Loisir (J. Pace) Ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Cinik D’Aghi (M. McKay) 3. Holger (P. Galea) 4. I Run De Janiero (D. Baldacchino)
V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Jewel Meslois (R. Magro) Ħin – 3.19” (1.15.4”) 2. Figaro Du Fan (Ch. Grech) 3. Luan Amor V.S. (Ch. Camilleri) 4. Last Gift C.G. (C. Caruana)
VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ipocalypse Love (R. Gatt) Ħin – 3.21.4” (1.16.3”) 2. Hibiscus D’Angely (C. Vassallo) 3. Heathrow (Ch. Camilleri) 4. Doudou De Bouere (J.C. Pace)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Rally Inge (J.J. Farrugia) Ħin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Dats So Cool (L. Ghigo) 3. Crack Money (C. Camilleri) 4. I.D. Forecast (N. Barbara)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Fast (P. Cuschieri) Ħin – 3.22.1” (1.16.5”) 2. Harcange (P. Galea) 3. En Choeur Ferfay (J. Schembri) 4. Hipanema Ellis (Ch. Camilleri)
//= $special ?>

