Lokali Qorti

Persuna jitressaq il-Qorti wara li ġie arrestat b’rabta ma’ serqa minn ħanut f’Birkirkara

Aktar kmieni t-Tlieta, raġel ta’ 39 sena minn Birkirkara tressaq b’arrest il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Ingrid Bianco LL.D
Hu kien akkużat bl-attentat ta’ serqa, u li żamm persuna kontra l-volontà tagħha, fejn ġie arrestat wara investigazzjonijiet b’rabta ma’ attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara stess.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi, bis-sentenza mistennija tingħata fl-20 ta’ Frar li ġej.

Is-serqa kienet seħħet fit-30 ta’ Jannar illi għadda, meta għal xi l-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs),
raġel daħal f’ħanut fi Triq il-Wied u hedded lill-impjegat b’sikkina. L-impjegat irnexxielu jiddefendi ruħu u l-ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.
Mill-investigazzjonijiet illi saru, il-Pulizija identifikat l-allagat ħalliel u ġie arrestat it-Tnejn.