Investigazzjonijiet li ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur, b’rabta ma’ użura u ħasil ta’ flus wasslu għall-arrest ta’ sitt persuni.
Dan wara li t-Tnejn filgħodu, il-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji flimkien ma fergħat oħra tal-korp li assistew – wettqet operazzjoni fi Triq Stiefnu Zerafa u Triq is-Santissima
Trinita fil-Marsa.
Il-post minn fejn allegatament kienu joperaw dawk li preżentament qed jinżammu arrestati qabel jitressqu l-Qorti.
Mill-investigazzjonijiet illi saru sa issa, il-Pulizija saħqet li identifikat madwar 50 allegata vittma ta’ dawn li qed jinżammu arrestati.
Apparti minn hekk – minn numru ta’ residenzi f’dawn it-toroq, il-Pulizija ssekwestrat eluf ta’ ewro fi flus kontanti, annimali eżotiċi, kif ukoll oġġetti oħra meqjusa relevanti għall-investigazzjoni li tinsab għaddejja.
Dan fost preżenza kbira ta’ pulizija f’dawn l-akwati – fejn waqt li beda’ jitwettaq dan ir-raid kien hemm anke toroq li ingħalqu sabiex ma jiġux imxekla t-tfittxijiet u l-investigazzjoni pendenti.
Il-Maġistrat Joe Mifsud qed imexxi l-inkjesta, dan filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

