L-10 ta’ Frar, il-jum fejn pajjiżna jfakkar il-miġja tal-appostlu San Pawl f’Malta – ċelebrazzjoni li għandha timbru nazzjonali, għaliex kienet din il-ġrajja li mmarkat l-istorja ta’ nazzjon sħiħ.
It-Tlieta filgħodu, fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta saret quddiesa solenni mill-Arċisqof Charles Scicluna, fejn sostna li San Pawl wera sinjali ta’ qawwa u preżenza fost il-poplu Malti, tant li bis-saħħa tiegħu gżiritna sawret il-fidi nisranija tagħha li baqgħet iġġorra għal eluf ta’ snin.
L-Arċisqof Scicluna, beda’ billi qara poeżija ta’ Dun Karm Psaila dwar din il-miġjia u kif f’jum bħal dan inkunu qed niċċelebraw xi ħaġa li qiegħda fl-iskrittura u li ġrat fostna. B’Monsinjur Scicluna jisħaq fuq kif l-Maltin mill-ewwel inġibdu lejn l-għanja tal-ħniena ta’ Pawlu.

L-Arċisqof tkellem wkoll dwar l-interpretazzjoni tal-gidma tal-lifa u l-Maltin. Hu spjega li l-lifa hija annimal li tbeżża, figura li ġġib il-mewt – f’għajnejn il-Maltin xiedha ta’ ġustizzja ma’ Pawlu l-kriminal – iżda l-fatt li ma ġralu xejn, kienet turija ċara li San Pawl kien persważ mill-fiduċja tiegħu f’Alla.
Apparti min hekk l-Arċisqof tkellem ukoll dwar kif għandna nfarfru l-lifa li tista sserrep bejnietna – U kif m’għandix nagħmlu ġudizzji fuq xulxin, kif għamlu l-Maltin meta l-lifa għamlet għal id Pawlu.
U kien aw fejn anke ħeġġeġ li għandna nkunu dejjem aġenti tal-verita mhux aġenti tal-ġideb.

Preżenti waqt il-Pontifikal solenni kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-Pajjiż fosthom il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg


Ritratti: Joseph Galea
//= $special ?>

