In-numru ta’ lukandi f’San Pawl il-Baħar hu ta’ 38 u r-ristorant fl-istess loklalità jlaħħaq l-ammont ta’ 144.
Jirriżulta wkoll li fl-istess lokalità hemm 103 snack bar; 25 bar; 11-il kjosk u 13-il take-away:
Dan kien ikkonfermat fil-Parlament minn Ian Borg, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet ukoll fir-rigward tal-Mellieħa, Tas-Sliema u San Ġiljan.
Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll li jsiru spezzjonijiet sabiex jiġi assigurat li dawn l-istabbilimenti jkollhom ftehim validu ma’ kollettur tal-iskart reġistrat.
Jirriżulta wkoll li fil-Mellieħa hemm 11-il lukandi; 49 il-ristoranti; 21 snack bar; 25 bar; 12-il kjosk; u żewġ Take-aways. Fil-lokalità ta’ Tas-Sliema hemm 23 lukanda; 46 rstoranti; 94 snack bar; 12-il bar; żewġ kjosks; u 15-il Take-away. F’San Ġiljan hemm 33 lukanda; 59 ristorant; 65 snack bars; 61 bar; żewġ kjosks; u 12-il Take-away,
//= $special ?>

