Tottenham Hotspur Stadium :
Tottenham Hotspur 1 Newcastle United 2
Wara li fl-44 minuta gowl ta’ Joe Willock għal Newcastle ma kienx ikkonvalidat bil-VAR, minuti wara Newcastle marru fil-vantaġġ permezz ta’ MALICK THIAW li għeleb lil Vicario.
Fl-64 minuta Tottenham kisbu l-gowl tad-draw meta minn azzjoni ta’ Papa Metar Sarr kien ARCHIE GRAY li għeleb lil Nick Pope.
Erba’ minuti wara f’reazzjoni immedjata Newcastle skorjaw il-gowl deċiżiv permezz ta’ JACOB RAMSEY minn azzjoni ta’ Anthony Gordon għat 2 – 1 finali.
//= $special ?>

