Sport

Ikompli l-kampjonat tal-hockey

Fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin meta tkompla l-kampjonat nazzjonali, Qormi Daikin komplew bis-serje pożittiva wara li għelbu lil White Hart bl-iskor kbir ta’ 13 – 0

Kif mistenni Qormi Daikin bdew il-partita fuq l-offensiva fit-tentattiv li jiskorjaw kmieni u rnexxielhom jagħmlu dan hekk kif sal-ewwel quarter kienu diġà 5-0 minn fil-vantaġġ. Huma komplew jiskorjaw b’mod regolari sabiex ħadu punti massimi minn dan il-konfront.

Steve Tanti u Julian Zahra skorja tliet gowls kull wieħed filwaqt li Kyle Micallef, Juan Sarcia u Luke Bajada skorjaw żewġ gowls kull wieħed flimkien ma’ gowl ta’ Ayrton Falzon.

Umpires kienu Karl Chircop u Silvio Peralta.

Fil-Hockey 7s, Floriana Young Stars xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Rabat 4-3. Rabat kienu fil-vantaġġ għal aktar minn darba iżda sforz kollettiv min-naħa ta’ Floriana kien biżżejjed għal rebħa ristretta .

Faisan Durrani ta’ Floriana ddistingwa ruħu b’erba’ gowls filwaqt li Matthew Buhagiar, Shaun Falzon u Kevin Micallef skorjaw għal Rabat.

Umpires kienu Alessandro Amore u Shane Lovett.