Rebekah Borg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg qalet fil-parlament li l-gvern qed jaħbi studji importanti dwar Kemmuna u kemm fil-fatt din tiflaħ turisti.
Rebekah Borg qalet li Project Green nefqet biss 7% tal-budget allokat fl-2024 u żidiet li wara d-diskors tal-budget l-Prim Ministru ħabbar numru ta’ parks nazzjonali.
Minbarra d-definizzjoni ta’ park nazzjonali li għad ma teżistix, hemm il-kwistjoni li l-budget ma jagħmel l-ebda riferenza għal dawn il-parks nazzjonali. Hi qalet li għandu jkun hawn kemm jista’ jkun parks nazzjonali li jsiru b’mod trasparenti u appellat għaliex m’hemmx budget għalihom.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar Kemmuna u qalet li din għandha protezzjoni ambjentali Natura 2000 li għandu jkollha pjan ta’ kif din għandha tkun immaniġġjata b’objettivi definiti. Għal Kemmuna dan il-pjan sar fl-2014 li jispeċifika li jsir studju dwar kemm tiflaħ nies il-Blue Lagoon b’rakkomodnazzjonijiet li jkunu implimentati. Minkejja d-diversi obbligi li joħorġu minn dan l-istudju, l-ERA qalet li dan l-istudju dwar kemm tiflaħ turisti Kemmuna ma jistax ikun ippubblikat. Dan hu peċedent ikrah u perikoluż għaliex mhuwiex minnu li dan kien dokument għall-kabinet.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li meta l-gvern induna li ried jippubblika dan id-dokument, ħareġ email u qal li dan ma kien dokument tal-kabinet. L-ambjent għandu jkun ikkunsidrat b’mod ħolisitiku għaliex hu l-ħajja ta’ kujum tal-poplu.
//= $special ?>

