Lokali Parlament

Il-poplu jistħoqqlu aħjar b’politika li tagħti fiduċja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna fil-parlament llejla li l-pajjiż għandu bżonn politika li tispira u tagħti fiduċja fil-pajjiż. In-nies jistħoqqilhom aħjar b’politika li tifhem u twettaq waqt li ma tibżax mill-verità u taħseb għall-futur tal-pajjiż b’fiduċja fil-poplu. Dan hu l-impenn u l-pjan għal Malta ‘l quddiem.

Il-Kap tal-Oppoożizzjoni qal li l-pajjiż ma jitkejjilx bil-grafika jew bl-istqarrijiet iżda b’ħajjet in-nies u bil-mod kif il-familji jħossuhom. Hu qal li l-pajjiż jitkejjel b’kemm iż-żgħażagħ jaraw futur f’pajjiżhom u b’kemm l-anzjani huma siguri.

Alex Borg qal li s-sitwazzjoni hi li hawn familji li jaħdmu iżda ma jaslux sal-aħħar tax-xogħol, hawn ż-żgħażagħ qed jipprovaw iżda huma mwaħħlin u anzjani li jistaqu jekk il-pensjoni hijiex se twassal sal-aħħar tax-xahar biex ilaħħqu mal-essenzjali bħall-mediċini.

Alex Borg qal li hemm problemi li ma jistgħux ikunu injorati u sostna li d-diskussjoni għandha tkun iffukata fuq il-bniedem. In-nies qed iħossu dawn il-problemi kuljum fosthom it-traffiku, l-għoli tal-ħajja, il-paga li tlaħħaqx, il-kontijiet jitilgħu, jonqos l-ispazju ambjentali waqt li tiżdied il-pressjoni li l-familji jridu jaħdmu iktar.

Il-gvern jipprova jgħid li din hi perċezzjoni meta l-fatti juru li din hi realtà, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li l-pajjiż tilef il-bilanċ tant li l-IMF ftit ilu wera dak li l-PN ilu jgħid; l it-tkabbir ekonomiku bbażat fuq l-importazzjoni tal-ħaddiema barranin mhuwiex sostenibbli.

L-IMF qal li Malta llum għandha 15-il darba iktar dsensità tal-popolazzjoni iktar minn kull pajjiż Ewropew ieħor. Dan meta l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jrid li l-popolazzjoni tilħaq it-800,000 persuna bla ma jgħid x’investiment se jagħmel fuq l-infrastruttura.

Il-Kap tal-PN qal li l-mudell ekonomiku qed iġiegħel lin-nies jgħixu biex jaħdmu u żied li dan mhuwiex sostenibbli. Hu żied li dan mhuwiex sostenibbli ekonomikament, soċjalment jew għall-futur tal-pajjiż. Ir-responsabbiltà hi tal-gvern li għandu l-mezzi u l-awtorità li jindirizza dawn l-isfidi. Minkejja dan, fil-budget il-gvern qal li dan hu l-aqwa udget fl-istorja tal-pajjiż.

Alex Borg kompla li ħafna sfidi li għandu l-poplu ma kinux indirizzati u qal li l-PN ħareġ 50 proposta quddiem l-isfidi li qed jiffaċċja l-poplu Malti. Dan hu bss il-bidu, sostna Alex Borg, li kompla li l-PN se joħroġ ħafna iktar proposti.

Hu kompla li l-pajjiż għandu bżonn ekonomija li tgħolli l-kwalità tax-xogħol, iġġib inqas siegħat twal ta’ xogħol, toħloq iktar setturi ta’ valur miżjud li jrendu u twassal għal ikar pagi li verament ilaħħqu mal-ħajja. Jeħtieġ ukoll għajnuna kontra l-għoli tal-ħajja iżda dan m’għandux isir b’ miżuri li jwasslu għal taxxi li jiddaħħlu wara l-budget. Jeħtieġ politika ta’ akkomodazzjoni li taħdem għan-nies, edukazzjoni li tħejji għall-ħajja u sistema ta’ saħħa li tpoġġi l-pazjenti fiċ-ċentru.

Kien grzzi għal Adrian Delia u l-PN li ħabu l-isptarijiet inkisbu lura iżda issa jeħtieġ li jsir pjan dwar fejn sejra s-sistema tas-saħħa b’investiment għall-poplu Malti biex titjieb is-siwtazzjoni fid-diversi setturi. Jeħtieġ ukoll pjan serju dwar is-saħħa mentali, sostna Alex Borg, li kompla li l-pajjiż jeħtieġ ġustizzja, dinjita u futuru aħjar għall-poplu.

Il-politika trid terġa’ tinbea fuq il-valuri biex ħadd ma jaqa’ lura u jeħtieġ dinjità biex ix-xogħol jagħti ħajja u l-bniedem ma jħossux maqbub fis-sistema li qed tikkunsmah. Jeħtieġ mudell li bih iż-żgħażagħ iridu jibqgħu f’pajjiżna, b’investiment fil-bniedem u fil-futur.

Il-pajjiż għandu bżonn politika li tispira u tagħti fiduċja fil-pajjiż. In-nies jistħoqqilhom aħjar b’politika li tifhem u twettaq waqt li ma tibżax mill-verità u taħseb għall-futur tal-pajjiż b’fiiduċja fil-poplu. Dan hu l-impenn u l-pjan għal Malta ‘l quddiem, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.