Lewis Hamilton ikkritika r-regolamenti l-ġodda tal-Formula 1, u sejħilhom “kumplessi b’mod esaġerat”, filwaqt li qal li l-partitarji se jsibuha diffiċli biex jifhmuhom.
Iċ-champion tad-dinja għal seba’ darbiet spjega li l-magni l-ġodda, li issa jiddependu fuq kważi bilanċ ta’ 50-50 bejn il-qawwa tal-kombustjoni u dik elettrika, jeħtieġu ġestjoni estrema tal-enerġija.
Waqt li kien qed jitkellem wara l-ewwel sessjoni tiegħu bil-Ferrari waqt it-testijiet ta’ qabel il-bidu tal-istaġun fil-Bahrain, Hamilton qal li s-sistema hija tant kumplessa li “trid grad akkademiku biex tifhimha sew.”
Ir-regolamenti jfissru li l-magni ħafna drabi jkunu nieqsa mill-enerġija, u jġiegħlu lit-timijiet u lis-sewwieqa jiffokaw fuq kif jirkuprawha bl-aħjar mod. Dan wassal għal strateġiji u stili ta’ sewqan mhux tas-soltu, bħal meta jnaqqsu l-veloċità fuq il-linji dritti jew jevitaw li jagħtu l-massimu tal-veloċitá meta joħorġu minn kantuniera biex jiffrankaw l-enerġija.
Il-kummenti ta’ Hamilton jenfasizzaw it-tħassib dejjem jikber li d-direzzjoni teknika tal-Formula 1 tista’ tkun qed tbiegħed l-isport mill-partitarji tagħha.
//= $special ?>

