Sport

Is-seba’ ġurnata tal-Malta Veterans Premier League

Meta ntlgħabet is-seba’ ġurnata tal-Malta Veterans Premier League Floriana ssorprendew lil Malta Football Players Association fir-rebħa ta’ 11-5 li wettqu. Minkejja din  it-telfa, xorta baqgħu jokkupaw l-ewwel post fil-klassifika b’16 il-punt filwaqt li Floriana telgħu bi 15 il-punt.

Bojan Kaljevic, Diego Fernando Pereira u Firas Aboulezz skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Ryan Darmanin skorja darbtejn. Għall-Malta Football Players Association  skorjaw Stanimir Miloskovic, Mark Zammit, Alexander Marinkovic, Alexander Ribic u Carlo Mamo.

Referee kien Paul Apap.

Gżira United Veterans għelbu lil Luxol St Andrew’s 6 – 5 f’partita fejn Luxol kienu sfortunati li ma ħadu ebda punt .

Kurt Magro irritorna għal Gżira fejn skorja tliet gowls filwaqt li Sebastian Nayar, Romeu Romao u Ian Zammit skorjaw gowl kull wieħed, filwaqt li għal Luxol skorja żewġ gowls Emerson Amaira u gowl kull wieħed minn Gary Inguanez, Karl Sacco u Glenn Bonello.

Referee kien Igor Kankaras.

Birkirkara St Helen’s għelbu lil Hibernians 5-3 b’żewġ gowl kull wieħed minn Federico Marine u Christian Caruana u gowl minn Daniel Scerri. Għal Hibs Dylan Mercieca skorja darbtejn u gowl ta’ Clayton Micallef Vassallo. Referee kien Igor Kankaras.

Rabat Veterans għelbu lil Żurrieq Wolves 7-0 bi tliet gowls ta’ Adam Smeir, żewġ gowls ta’ Andre’ Scicula u gowl kull wieħed minn Luke Portelli u Andy Mangion. Referee kien Paul Apap.

Fil-klassifika tal-Malta Veterans Football League: Malta Football Players Association 16-il punt; Floriana 15- il punt, Gżira United 13-il punt; Luxol St Andrew’s 12-il punt, Hibernians 10 punti; Birkirkara St Helen’s 7 punti; Rabat Veterans 6 punti; Żurrieq Wolves 3 punti .