Aston Villa rritornaw għar-rebħ wara żewġ partiti mingħajr rebħa hekk kif għelbu lil Brighton 1-0 permezz ta’ auto-gowl ta’ Jack Hinshelwood fis-86 minuta.
Ir-rebħa tal-Villians ma kienitx iċ-ċentru tal-attenzjoni għaliex f’din il-partita, l-eks midfielder ta’ Leeds United, Newcastle, Manchester City u Liverpool, James Milnes laħaq ir-rekord tal-eks captain ta’ Everton Gareth Barry fin-numru ta’ preżenzi fil-Premier League, li huwa ta’ 653. Il-plejer ta’ 40 sena għadu f’kundizzjoni fiżika mill-aqwa u huwa possibli li fil-partita li jmiss ta’ Brighton kontra Brentford fil-21 ta’ Frar, huwa jikser uffiċjalment ir-rekord ta’ Barry u jsir l-iżjed plejer li lagħab partiti fil-Premier League.
//= $special ?>

