Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjonijiet effettivi kontra l-vjolenza domestika

Graziella Attard Previ, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li jeħtieġ azzjonijiet effettivi kontra l-vjolenza domestika.

Graziella Attard Previ qalet li l-problema tal-vjolenza għadha preżenti ħafna fis-soċjetà minkejja l-progress soċjali li qed tolqot lin-nies. Fl-2024 kien hemm kważi 4,000 persuna f’Malta li għamlu rapport dwar vjolenza domestika, li tliet kwarti minnhom kienu nisa. Dan hu inkwetanti għas-soċjetà. Jirriżulta li r-rapporti fl-2025 ammontaw għal 2100 rapport dwar il-vjolenza domestika.

Jeħtieġ li jkun hemm protezzjoni għal dawn il-persuni, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-liġijiet tjiebu iżda r-realtà turi li għad fadal ħafna xogħol x’isir. Il-prevenzjoni għandha tkun prijorità u l-PN għandu l-proposti biex il-problema tkun trattata mill-għeruq. Is-soċjetà għandha tibni soċjetà kontra l-vjolenza domestika u b’rispett lejn xulxin. Din għandha tibda mill-iskejjel u strateġija biex iż-żgħażagħ jitgħallmu jimmaniġġjaw l-emozzjonijiet waqt li jitkissru l-isterjotipi tradizzjoni li fiha r-raġel għadu dominanti.

Graziella Attard Previ qalet li l-ewwel impenn għandu jkun l-edukazzjoni u appellet biex jiżdiedu l-maġistrati li jisimgħu kawżi ta’ vjoleza domestika. Dan għandhom jingħataw ir-riżorsi meħtieġa u jkun introdott mekkaniżmu effettiv u ċentraizzat li jaraw l-ordnijiet ta’ protezzjoni. Dan wiassal għal protezzjoni tal-vittmi; illum din il-rpotezjzoni hi mifruxa bejn tliet entijiatjiet mingħajr informazzjoni ċentralizzata.

Il-PN qed jipproponi tibdil biex il-pulizija joħroġu ordnijiet immedjati biex l-aggressuri jitilqu mid-dar u mhux ikollhom jitilqu l-vittmi. Dan għandu jsir mingħajr il-ħtieġa ta’ seduta tal-qorti.

Graziella Attard Previ tkellmet ir-rata ta’ twelid fil-pajjiż u qalet li Malta jeħtieġ tippjana għas-sostenibbiltà tal-popolazzjoni. In-nisa mhuwiex xi magna ta’ produzzjoni tal-ulied waqt lit-tfal mhumiex oġġetti li jtejbu l-ekonomija. Il-gvern għandu jwettaq investiment b’bilanċ fil-ħajja u f’kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u mhux f’miżuri superfiċjali.

Il-PN qed jipproponi li investiment fil-familji li sabu l-apoġġ tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Ugwaljanza dwar il-maternity u l-paternity leave li jkunu itwal, il-parental leave. Dawn il-proposti flimkien jammontaw għal sena sħiħa u iktar opportunità ta’ iktar ħin mal-ulied tagħhom. Il-PN qed jipproponi għajnuna finanzjarja li jixtiequ jibqgħu d-dar anki fit-tieni sena meta jwelldu. Jeħtieġ ikun hemm għażliet oħrajn lill-ġenituri flimkien maċ-child care centres, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-PN qed jipproponi t-tisħiġ tar-remote working u t-tieni tax band għall-ġenituri li jkollhom iktar minn wild wieħed.

Graziella Attard Previ qalet li l-miżuri tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja huma aspetti li l-PN jemmen fihom.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern mhuwiex isib l-investiment għall-mediċini PEP u PREP li huma mediċini ta’ protezzjoni fil-ġlieda kontra l-HIV. Wara erba’ snin li tellmet dwarhom, l-gvern issa ħabbar li se jipprovdi din il-mediċina b’xejn. Dan hu ta’ sodisfazzon iżda l-gvern dam ikaxkar saqajh u xorta hemm diversi affarijiet li jqajmu ċertu mistoqsijiet dwar kif se jiddaħħlu fosthom dwar il-poċess tal-offerta u kif din il-miżura ddaħlet b’xejn. Tant ma kinux ppreparti li se jingħataw, li din il-miżura saret b’direct order u ma jissemmew imkien fil-budget.

Hi qalet li fix-xandir, il-gvern juża x-xandir għal skopijiet politiċi u żied is-sussidju lill-PBS bi kważi 60%. Dawn il-flus qed imorru fi propoganda għall-gvern. Il-gvern jibqa’ jaħbi l-infieq fuq il-festivals u għal ċertu preżentaturi. Jeħtieġ li r-riforma tal-media tiddaħħal kemm jista’ jkun malajr u jitwettqu l-proposti fl-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Jeħtieġ riforma isituzzjonali fil-PBS u fl-Awtorità tax-Xandir u tistiħ tal-protezzjoni legali lill-ġurnalisti.