Il-Konsulent Strateġiku tal-Malta Film Commission ġie sospiż minn Whip tal-Labour Party Brittaniku – u allura, minn whip tal-Gvern ta’ Keir Starmer.
Dan hekk kif Doyle, li f’Awwissu kien maħtur bħala Strategic Adviser tal-Kummissjoni tal-Films, ġie sospiż b’mod immedjat wara li sar magħruf li kien iddefenda bil-kbir lil Sean Morton – kunsillier Skoċċiż li jagħmel parti mill-Labour Party u li kien instab ħati li instab fil-pussess ta’ ritratti indeċenti ta’ tfal lura fl-2018.
Doyle li għamel żmien twil iservi wkoll bħala Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru Brittaniku Keir Starmer kien beda jaħdem mal-Kummissjoni tal-Films lura f’Ġunju 2025 partikolarment b’rabta mal-Mediterrane Film Festival.
Morton kien instab ħati mhux biss li kellu fil-pussess tiegħu ritratti indeċenti ta’ minorenni u tfal iżda anke materjal pornografiku ta’ natura estrema. Wara snin sħaħ jaqbeż għal sieħbu, Doyle issa kien sfurzat jagħmel apoloġija pubblika għal fatt li kien jiddefendi lil Morton, filwaqt li saħaq li ħsibijietu jinsabu mal-vittmi u l-qraba.
Huwa insista li fi snin preċedenti, Sean Morton kien jisħaq l-innoċenza tiegħu miegħu filwaqt li ammetta li żbalja meta minkejja s-sentenza tal-Qorti baqa’ jiddefendi lill-istess Morton.
Intant, din kienet daqqa oħra għal Keir Starmer wara r-riżenja ta’ Peter Mandelson bħala ambaxxatur f’Washington, Morgan McSweeney minn chief of Staff u issa s-sospensjoni tal-istess Doyle minn Whip u Peear fil-House of Lords.
//= $special ?>

