Sport

Malta fl-Olimpijadi tax-Xitwa Milano – Cortina

Fil-ħames ġurnata tal-25 edizzjoni tal-Olimpijadi tax-Xitwa Milano – Cortina tidhol fl-azzjoni għal Malta JENNY AXISA ERIKSEN. Din se tkun ir-raba’ parteċizzjoni Maltija fl-Olimpijadi tax-Xitwa wara darbtejn permezz ta’ Elise Pellegri u fl-2022 permezz ta’ Janise Spiteri.

Wara ġranet ta’ preparazzjoni fi Predazzo flimkien mal-istaff tekniku, JENNY AXISA ERIKSEN tikkompeti fil-kompetizzjoni 10 kilometri cross country freestyle li se ssir fic-Ċentru tal-Biathlon Fabio Canal f’Tesero.

Għall-Olimpijadi tax-Xitwa Milan – Cortina, Jenny Axisa Eriksen hija flimkien max-Chef de Mission tal-Kumitat Olimpiku Malti, Maria Vella Galea u d-Direttur tal-Isport Charlene Attard.

Preżenti wkoll għal kompetizzjoni ta’ Jenny Axisa Erikseb f’Tesero l-President tal-KOM – Julian Pace Bonello u s-Segretarju Ġenerali Kevin Azzopardi li huma mistiedna tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għall-Olimpijadi Milano – Cortina 2026.