West Ham United 1 Manchester United 1
0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima fil-London Stadium. Fil-50 minuta West Ham fil-vantaġġ wara li minn azzjoni ta’ Jarrod Bowen kien Tomas Soucek li għeleb lil Senne Lammens. Reazzjoni minn Manchester United li wara li fit-63 minuta gowl ta’ Casemiro ma kienx ikkonvalidat bil-VAR, kien biss fis-96 minuta li kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Bryan Mbeumo kien BENJAMIN SESKO li għeleb lil Mads Hermansan għal 1 – 1 finali.
Chelsea 2 Leeds United 2
Kien João Pedro li fetaħ l-iskor fl-24 minuta li minn azzjoni ta’ Cole Palmer għeleb lil Karl Darlow għall-uniku gowl fl-ewwel taqsima fi Stamford Bridge. Fit-58 minuta minn penalty kien Cole Palmer li mill-ġdid għeleb lil Darlow biex irdoppja għal Chelsea.
Reazzjoni immedjata minn Leeds li fis-67 minuta naqqsu l-iskor minn penalty mgħoti minn Lukas Nmecha li għeleb lil Robert Sanchez. Sitt minuti wara l-iskor sar 2 – 2 meta minn azzjoni ta’ Nmecha kien Noah Okafor li għeleb lil Sanchez.
//= $special ?>

