Futbol Sport

Minkejja l-istaġun diffiċli, Lazio fis-semi-finali tal-Coppa Italia wara rebħa bil-penalties fuq Bologna

(Ritratt: EPA)

Lazio gaħdejjin minn staġun diffiċli mmens hekk jinsabu fit-tmien post fil-klassifika fis-Serie A, tmien punti ‘l bogħod minn Como fis-sitt post li huwa l-aħħar post li tim jista’ jikkwalifika għall-kompetizzjoni Ewropeja mill-kompetizzjoni tas-Serie A. Apparti minnhekk, għadejjin numru ta’ protesti mill-partitarji tagħhom kontra l-president Claudio Lotito u t-tmexxija tiegħu minħabba numru ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin, speċjalment fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Madankollu, il-Biancoceleste rnexxielhom iżommu t-tama’ li jilagħbu fl-Ewropa s-sena d-dieħla ħajja hekk kif għelbu lil Bologna bl-għoti tal-penalties 4-1, wara l-ewwel 90 minuta ntemmet 1-1.

Santiago Castro jiskorja wara nofsiegħa logħob għal Bologna, u Tijjani Noslin jagħmel l-iskor indaqs fit-48 minuta biex il-partita tintemm bl-iskor ta’ 1-1.

Bologna fallew l-ewwel penalty permezz ta’ Lewis Ferguson, skorjaw it-tieni permezz ta’ Dallinga u fallew l-aħħar tentattiv tagħhom permezz tal-istilla tat-tim Orsolini.

Għal Lazio skorjaw Nuno Tavares, Boulaye Dia, Adam Marusic u l-akkwist il-ġdid Kenneth Taylor.