Ir-residenti fiż-żona mħeġġa jżommu t-twieqi magħluqin minħabba periklu ta’ dħaħen tossiċi
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa għall-intervent tagħhom kmieni l-Erbgħa waranofsinhar fi Triq l-Imsida, Birkirkara.
Dan wara li xi nirien ħakmu garaxx f’din it-triq fejn minnufih ġiet imsejħa l-għajnuna tal-pumpieri kif ukoll tal-uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li jinsab fiż-żona.
Kelliema għas-CPD avżaw lill-pubbliku sabiex jevita kemm jista’ jkun iż-żona minħabba l-operazzjoni ta’ emerġenza li għaddejja filwaqt li r-residenti taż-żona, inkluż ta’ lokalitajiet fil-viċinanzi, jibqgħu fi djarhom u saħansitra jagħlqu t-twieqi kawża tad-dħaħen possibilment tossiċi li hemm.
Intant, il-Ministru Byron Camilleri ddeskriva din l-operazzjoni bħala waħda diffiċli hekk kif dan huwa store ta’ scotters elettriċi.

Ritratti: Martin Agius



