Il-biathleta Norveġiż Sturla Holm Laegreid, reġa’ skuża ruħu talli ttradixxa lill-eks tfajla tiegħu, u ammetta li l-imġieba tiegħu għattiet is-suċċess Olimpiku ta’ sħabu fit-tim. Wara li rebaħ il-bronż fil-20km tal-irġiel, li kienet l-ewwel midalja individwali Olimpika tiegħu, Laegreid deher emozzjonat u qal li din kienet “l-agħar ġimgħa ta’ ħajtu” wara t-tmiem tar-relazzjoni tiegħu mat-tfajla li kellu.”
Ir-rebbieħ tad-deheb Johan-Olav Botn iddedika r-rebħa tiegħu lill-eks sieħeb tiegħu fit-tim, Sivert Guttorm Bakken, li miet f’Diċembru, u għajjat ismu hekk kif qasam il-linja finali f’Cortina. Madankollu, il-konfessjoni ta’ Laegreid serqet l-attenzjoni kollha tal-midja.
L-eks tfajla tiegħu, li kitbet b’mod anonimu fil-gazzetta VG, qalet li “ma għażlitx li nsib ruħi f’din is-sitwazzjoni” u ddeskrivietha bħala “diffiċli biex taħfer,” anke wara li l-iskuża pubblika ta’ Laegreid. Hija kkonfermat li għadhom f’kuntatt u li Laegreid jaf kif qed tħossha bħalissa.
//= $special ?>

