Fi Stadio Diego Armando Maradona, it-tielet partita mill-kwarti finali tal-Coppa Italia: Napoli 1 Como 1 – Como iżda għaddew 7 – 6 wara l-għoti tal-penalties.
Tkompli s-serje pożittiva ta’ Como li mmexxija minn Cesc Fabregas mis-suċċessi fil-kampjonat jinsabu fis-semifinali tal-Coppa Italia. Għal kuntrarju Napoli sfaw eliminati minn kompetizzjoni li setgħet tkun ta’ konsolazzjoni wara r-riżultati negattivi fil-kampjonat.
Fid-39 minuta Como fil-vantaġġ wara li minn penalty MARTIN BATURINA għeleb lil Vanja Milinkovic Savic għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.
B’Napoli jwettqu reazzjoni fit-tieni taqsima, fis-46 minuta kien ANTONIO VERGARA li għeleb lil Jean Butez għal 1 – 1 skor li baqa’ l-istess sa tmiem il-partita li b’hekk marret għall-għoti tal-penalties : Fis-sekwenza għal Napoli : Skorja Matteo Politano, Romelu Lukaku falla t-tieni penalty. Skorjaw iżda Leonardo Spinazzola, Alisson Santos, Eljif Elmas, Vanja Milinkovic Savic u Miguel Gutierrez filwaqt li falla l-aħħar penalty Stanislav Lobotka.
Għal Como wara li skorjaw Lucas Da Cunha, Anastasios Douvikas u Martin Baturino, fallew ir-raba’ penalty minn Maximo Perrone iżda skorjaw permezz ta’ Ivan Smolcic, Diego Carlos, Mergim Vojvoda u dak deċiżiv minn Marc Kempf għal 7 – 6 u post fis-semi finali.
//= $special ?>

