Lokali Qorti

Tliet ġenerazzjonijiet ta’ familja mixlija b’użura u ħasil ta’ flus wara rejd fil-Marsa

Carlos Pace u Cleaven Pace, iż-żewġ aħwa li qed jistennew li jgħaddu ġuri dwar is-serqa ta’ droga mill-kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta, tressqu l-Qorti flimkien ma’ missierhom Keith Pace b’rabta ma’ allegata operazzjoni ta’ użura u ħasil ta’ flus u wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, Carlos Pace ta’ 24 sena, Cleaven Pace ta’ 20 sena, missierhom Keith Pace ta’ 45 sena, is-sieħba tiegħu Maria Grixti ta’ 49 sena, kif ukoll in-nanniet Lawrence u Emanuela Pace, it-tnejn ta’ 73 sena, wieġbu mhux ħatja tal-akkużi serji miġjuba kontrihom. L-anzjani kienu l-unika akkużati li ngħataw il-pleġġ.

L-arresti saru waqt tfittxijiet fir-residenzi tagħhom fi Triq Stiefnu Zerafa u fi Triq is-Santissima Trinità fil-Marsa. Il-prosekuzzjoni spjegat li waqt ir-rejd il-Pulizija sabet madwar €120,000 fi flus kontanti moħbija f’diversi postijiet fid-dar, inkluż fis-suffett tar-residenza tal-anzjani. Ġew ukoll elevati għadd ta’ għasafar eżotiċi ta’ valur għoli. Barra minn hekk, fil-Qorti ħareġ li Emanuela Pace għandha vettura tal-għamla Corvette li allegatament tiswa madwar €120,000.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, Carlos Pace ta’ 24 sena, Cleaven Pace ta’ 20 sena, missierhom Keith Pace ta’ 45 sena, is-sieħba tiegħu Maria Grixti ta’ 49 sena, kif ukoll in-nanniet Lawrence u Emanuela Pace, it-tnejn ta’ 73 sena, wieġbu mhux ħatja tal-akkużi serji miġjuba kontrihom.

L-arresti saru waqt tfittxijiet fir-residenzi tagħhom fi Triq Stiefnu Zerafa u fi Triq is-Santissima Trinità fil-Marsa. Il-prosekuzzjoni spjegat li waqt ir-rejd il-Pulizija sabet madwar €120,000 fi flus kontanti moħbija f’diversi postijiet fid-dar, inkluż fis-suffett tar-residenza tal-anzjani. Ġew ukoll elevati għadd ta’ għasafar eżotiċi ta’ valur għoli. Barra minn hekk, fil-Qorti ħareġ li Emanuela Pace għandha vettura tal-għamla Corvette li allegatament tiswa madwar €120,000.

It-tlieta kienu fost sitt persuni arrestati aktar kmieni din il-ġimgħa wara investigazzjoni li damet għaddejja xhur mill-Financial Crimes Investigation Department. L-investigazzjoni ffukat fuq allegat ċirku ta’ self illegali bi imgħax esaġerat u moviment ta’ flus suspettużi, b’madwar 50 persuna identifikati bħala vittmi potenzjali.

Ir-rejds tal-pulizija saru fi proprjetajiet fi Triq Stiefnu Zerafa u fi Triq Santissima Trinità, Marsa, fejn allegatament kienet topera l-attività. Matul it-tfittxijiet, il-pulizija elevat aktar minn €100,000 fi flus kontanti, parti minnhom moħbija fis-soqfa u f’postijiet oħra moħbija fid-djar.

Ġew ukoll elevati għasafar eżotiċi ta’ valur għoli u oġġetti oħra meqjusa rilevanti għall-investigazzjoni. Skont sorsi qrib il-każ, instabu wkoll indikazzjonijiet ta’ stil ta’ ħajja li jidher li jaqbeż il-mezzi finanzjarji dikjarati tal-familja.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li minbarra l-akkużi ta’ użura u ħasil ta’ flus, hemm ukoll allegazzjonijiet ta’ ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ pleġġ u ta’ sentenzi sospiżi preċedenti. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti, wara li semgħet l-argumenti, ċaħdet it-talba u ordnat li l-imputati jinżammu arrestati, ħlief għan-nanniet/

L-aħħar żviluppi jżidu ma’ sensiela ta’ każijiet li fihom issemma l-isem tal-familja Pace. Carlos u Cleaven Pace jinsabu barra fuq pleġġ b’rabta mas-serqa ta’ 132 kilo reżina tal-kannabis mill-kwartieri tal-AFM f’Safi fi Frar 2025, każ li kien qanqal skandlu nazzjonali.

Keith Pace kien ukoll ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li hedded ġurnalist barra l-Qorti waqt l-ewwel smigħ ta’ wliedu, u aktar tard kien tressaq il-Qorti flimkien ma’ ibnu Carlos fuq akkużi separati ta’ blackmail fil-konfront ta’ ġojjellier.

Skont il-prosekuzzjoni, l-investigazzjoni bdiet wara suspetti dwar il-finanzi ta’ Keith Pace, peress li rriżulta li qatt ma kellu mpjieg li jiġġustifika ċertu livell ta’ dħul. Intqal ukoll li waqt li kien il-ħabs, Pace kellu diversi telefonati mas-sieħba tiegħu li allegatament wrew li kienet qed tmexxilu n-negozju tal-użura f’ismu.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest għal Maria Grixti u għall-koppja anzjana, u argumentat li Grixti għandha tifel ta’ tliet snin filwaqt li l-anzjani jbatu minn diversi kundizzjonijiet mediċi li jeħtieġu kura kontinwa. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien ta’ Grixti, u qalet li hemm biża’ ta’ intralċ ta’ provi, partikolarment minħabba li diversi allegati vittmi tal-użura mistennija jixhdu dwar l-involviment tagħha. Fir-rigward tal-anzjani, il-prosekuzzjoni ħalliet id-deċiżjoni f’idejn il-Qorti.

Ġiet ukoll milqugħa talba tal-prosekuzzjoni għal ordni ta’ qbid u ffriżar tal-assi fil-konfront tal-imputati kollha. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Leanne Bonello flimkien mal-Avukati Neville Galea u Michael Muscat f’isem l-Avukat Ġenerali. L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-aħwa u missierhom, filwaqt li l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri dehru għall-anzjani. Il-proċeduri jkomplu fil-jiem li ġejjin.