Sport

Tottenham Hotspurs ikeċċu lil Thomas Frank

Tottenham ħabbru li keċċew lill-kowċ tagħhom, Thomas Frank wara biss tmien xhur fit-tmexxija u wara serje ta’ tmien logħbiet mingħajr rebħa fil-kompetizzjonijiet domestiċi.

Il-bieraħ filgħaxija, l-Ispurs sofrew telfa oħra f’darhom hekk kif Newcastle United, li preżentament ukoll m’humiex fl-aqwa forma tagħhom, rebħu 2-1 f’Londra. Il-partitarji ta’ Tottenham Hotspur reġgħu bdew jgħajtu “you’re getting sacked in the morning” fid-direzzjoni ta’ Frank, bil-kowċ eventwalment tkeċċa mit-tmexxija tal-klabb siegħat wara.

Issa Tottenham Hotspurs qed ifittxu kowċ ġdid 11-il jum biss qabel id-derby ta’ Londra ta’ fuq kontra Arsenal. L-Ispurs m’għandhomx logħob matul din it-tmiem il-ġimgħa wara li kienu eliminati fit-tielet rawnd tal-FA Cup minn Aston Villa.