Mara u tifel ittieħdu l-Isptar Mater Dei ilbieraħ wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm, fi Triq l-Isperanza, il-Mosta. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn mutur Niu li kien qed jiġi misjuq minn mara ta’ 54 sena residenti l-Mosta u Jeep misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti l-Mosta.
It-tieni inċident seħħ ukoll għall-ħabta tal-5pm fi Triq il-Kappuċċini, Ħaż-Żabbar. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti ż-Żurrieq u scooter misjuq minn tifel ta’ 15-il sena residenti Ħaż-Żabbar.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti fejn il-mara u t-tifel ittieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

