Għall-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima, iż-żieda fil-każi ta’ vjolenza fuq iż-żgħażagħ hija “inkwetanti”.
Ikkonferma dan ma’ NET News hu stess meta sostna li kwalunkwe vjolenza fuq kull tip ta’ ġeneru, fil-fehma tiegħu, hija inkwetanti.
Mistoqsi jekk jaħsibx li ċertu żoni madwar pajjiżna sarux problematiċi, il-Ministru tenna li f’Malta jeħtieġ li jkollna aktar mezzi li jipproteġu s-sigurtà ta’ kull individwu – dan fid-dawl tar-realtajiet diffiċli li qed naffaċċjaw bħala poplu.
Fl-aħħar xhur, il-każi u rapporti dwar vjolenza fuq iż-żgħażagħ komplew dejjem jiżdiedu. U ġimgħa ilu, id-Deputat Nazzjonalista, Adrian Delia appella għal aktar sigurtà wara li grupp ta’ żgħażagħ ħebbew għal ibnu f’Tas-Sliema.
//= $special ?>
