Fil-Gtech Stadium Arsenal kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 barra minn darhom għand Brentford. B’dan id-draw id-distakk f’ras il-klassifika naqas għal erba’ punti minn ma’ Manchester City li jinsabu fit-tieni post. Kienu Arsenal li marru fil-vantaġġ fil-61 minuta meta minn cross ta’ Piero Hincapie kien Noni Madueke li bir-ras għeleb lil Kelleher għal 1-0. Biex għaxar minuti wara kienu Brentford li kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Lewis Potter.
//= $special ?>Arsenal miżmuma fi draw minn Brentford


