Bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġu dettaljati l-ħsarat li sofriet il-kosta, l-intervent meħtieġ u stimi preliminari tax-xogħlijiet meħtieġa.
Meta wieġeb fil-Parlament, il-Ministru Chris Bonett qal li ser ikunu qed jingħaqdu fl-eżerċizzju fuq skala nazzjonali biex jekk nikkwalifikaw issir it-talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.
Id-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid jekk hux ser jintużaw fondi Ewropej biex isir il-pjan ta’ riġenerazzjoni f’Wied il-Għajn u jekk iva, kemm se jkun l-ammont.
//= $special ?>

