Lokali

Ħabta bejn mutur u karozza f’Ħal Qormi

Mutur waqa’ wara ħabta li seħħet fi Triq Ħal Luqa, Ħal Qormi.

L-inċident li seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, seħħ bejn karozza Ranault Kango misjuqa minn Raġel ta’ 72 sena minn tas-Sliema u mutur Honda misjuqa raġel ta’ 42 sena mis-Żejtun.

Ambulana u tim mediku mill-Isptar Mater Dei issejjħu fil-post sabiex ħadu liż-żewġt irġiel l-Isptar.

Sa issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.