Kellu 18 il-sena il-persuna involuta fil-qtil ta’ 8 peruni b’ħafna iktar feruti fil-British Columbia, fil-Canada. Il-qtil l-ewwel beda’ fid-dar ta’ ommu u wara mar l-iskola jkompli joqtol.
Il-vittmi fl-iskola kienu għalliema ta’ 39 sena, 3 studenti bniet ta’ 12 il-sena, u żewġ studenti subien, wieħed ta’ 12 u l-ieħor ta’ 13 il-sena.
Il-Pulizija ħarrġu stqarrija fejn qalu li Jesse Van Tootselaar instab mejjet fil-post fejn seħħet it-traġedja b’ferita ta’ rivolver li għamel fuqu nnifsu. Il-mottiv ta’ dan l-attakk għadu mhux magħruf.
B’kollox inqattlu sitt persuni u sfaw feruti mill-anqas 25 fl-iskola sekondarjua Tumbler Ridge. Żewġ persuni oħra instabu mejta f’dar viċin l-iskola, omm is-suspettat ta’ 39 sena u ħuħ ta’ 11 il-sena.
L-awtorijiet qalu li Jesse Van Tooselaar twieled bioloġikament bħala raġel imma kien identifikat bħala mara.
Il-pulizija Kanadiz, u id-Deputat Kummissarju, Dwayne McDonald, qal li Jesse kien imwieled bħala raġel li xi sitt snin ilu kien beda’ t-tranżizzjoni biex isir mara.
Il-pulizija ma jaħsbux li hemm suspettati oħra f’dan il-qtil.
Huma qalu li ħafna drabi ssejjħu għall-għajnuna fid-dar fejn kien joqgħod ma’ ommu minħabba problemi ta’ saħħa mentali.
Huma komplew jgħidu li erba’ snin ilu li Jesse ma baqax imur l-iskola ta’ Trumbler Ridge, skola sekondarja.
Huwa kellu liċenżja ta’ l-arma li qatel biha, imma kienet skadiet.
//= $special ?>

