F’Kastell fil-Belġju, l-mexxejja Ewropej fosthom il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola iltaqgħu biex jiddiskutu t-triq ‘il quddiem tal-kompetittività ekonomika tal-Ewropa għas-snin li ġejjin.
Waqt li ndirizzat lill-media hi u dieħla għas-summit, il-President Metsola qalet li l-Ewropa trid taħdem biex it-tfaddil li għandha iwassal għal tkabbir. Hija rrimarkat li t-tlestija ta’ Unjoni tat-Tfaddil u l-Investimenti hija kruċjali biex tiġi indirizzata ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, li skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru huwa l-akbar tħassib għan-nies.
Il-President appellat għat-tneħħija immedjata tal-ostakli fis-Suq Uniku, filwaqt li tenniet il-konklużjonijiet tar-rapporti ppreżentati mill-eks Prim Ministri Taljani Mario Draghi u Enrico Letta, li kienu preħenti għas-Summit.
Roberta Metsola insistiet mal-mexxejja Ewropej li l-politika Ewropea trid tissarraf f’riżultati tanġibbli għan-negozji u l-familji.
//= $special ?>

