Sport

Jenny Axisa Eriksen fl-10km cross country fl-Olimpjadi tax-Xitwa

Il-Maltija, Jenny Axisa Eriksen fit-tmiem tal-10 kilometri cross country freestyle (Ritratt ta' Photo Getty Images)
Il-Maltija, Jenny Axisa Eriksen fit-tmiem tal-10 kilometri cross country freestyle (Ritratt ta' Photo Getty Images)

Waqt l-Olimpjadi tax-Xitwa, illum l-attenzjoni kienet fic-Ċentru tal-Biathlon Fabio Canal f’Tesero . Fl-10 kilometri cross country freestyle fl-azzjoni kien hemm Jenny Axisa Eriksen, l-unika atleta għal Malta fl-edizzjoni ta’ dawn il-logħob.

Bil-bib numru 103, Jenny Axisa Eriksen kienet fost il-111 l-atleta fejn bdiet l-10 kilometri tagħha fis-1 siegħa 51 minuta u 30 sekonda fejn fil-kompetizzjoni kull atleta tibda l-10 kilometri b’distakk ta’ 30 sekonda bejn atleta u oħra.

Sa 8 kilometri Jenny Axisa Eriken kienet b’distakk ta’ 9 minuti 04.9 sekondi sabiex eventwalment fi tmiem l-10 kilometri temmet fi 32 minuta 51.4 sekondi li kien distakk ta’ 10 minuti 2.2 sekondi mill-ewwel post.

B’dan ir-riżultat Jenny Axisa Eriksen temmet fil-107 posizzjoni.

Il-midalja tad-deheb intrebhet minn Frida Karlsson tal-Iżvezja fi 22 minuta 49.2 sekondi b’distakk vantagg ta’ 46.6 sekondi fuq Ebba Andersson wko ta-Iżvezja u Jessie Diggins tal-Istati Uniti fit-tielet post b’distakk ta’ 49.7 sekondi

Preżenti f’Tesero il-kowċ ta’ Jenny Axisa Eriksen Henrik Skjørvold Pedersen kif wkoll Maria Vella Galea – Chef de Mission Milano – Cortina tal-Kumitat Olimpiku Malti kif wkoll Charlene Attard bħala Direttur tal-Isport.