Lokali Parlament

Jinħtieġu ftit xhur oħra biex l-Air Malta tkun kompletament magħluqa

Hu stmat li jinħtieġu ftit xhur oħra biex l-Air Malta tkun kompletament magħluqa wara li t-titjiriet kienu waqfu fit-30 ta’ Marzu tal-2024.

Għal mistoqsija fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista David Agius lill-Ministru għall-Finanzi C;yde Caruana, intqal li x-xogħol għaddej u huwa stmat li jinħtieġu ftit xhur oħra biex dan jiġi konkluż.

Kien intqal ukoll li minn wara li waqfet topera fit-30 ta’ Marzu 2024, l-Air Malta baqgħet tħallas diversi pagamenti fl-ammont ta’ €50 miljun lil xi suppliers.