Illejla f’Brussels saru t-tlugħ tal-poloz tal-ħames edizzjoni tal-UEFA Nations League. Id-destin ta’ Malta għad irid ikun magħruf minkejja li nafu kontra liema avversarji se nkunu qed nilgħabu kemm il-darba nilgħabu f’Diviżjoni C jew Diviżjoni D.
Dan għaliex lejn l-aħħar ta’ Marzu, Malta trid tilgħab il-play-off fuq żewġ legs kontra l-Lussemburugu għal min se jilgħab f’Diviżjoni C u f’Diviżjoni D.
Kemm il-darba f’Marzu li ġej, l-iskwadra ta’ Emilio De Leo tikteb l-istorja u għall-ewwel darba niksbu promozzjoni bit-tim nazzjonali tal-Irġiel, allura Malta se tkun qed tilgħab f’Diviżjoni C.
L-avversarji f’dan il-każ se jkunu l-Bulgarija u l-Estonja.
Jekk Malta nfallu l-promozzjoni għal Diviżjoni C, allura se nkunu qed nilgħabu f’League D kontra l-avversasrji Ġibiltá jew Latvja u Andorra.
Kollox se jkun qed jiddependi fuq dak li se tkun qed jiġri fiż-żewġ partiti li Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Lussemburgu, l-ewwel f’Ta’Qali nhar is-26 ta’ Marzu fis-6pm u wara fil-31 ta’ Marzu, fi Stade de Luxembourg.
Għal din il-ġimgħa speċjali, Replay se jkun qed iwassal rappurtaġġ estensiv kuljum, bl-aħħar filmati, intervisti u aħbarijiet marbuta mat-tim nazzjonali Malti.
Intant f’Brussels, il-kontingent tal-MFA kien immexxi mill-Viċi President, l-Avukat Matthew Paris, akkumpanjat miż-żewġ Viċi Presidenti l-oħra tal-assoċajzzjoni, Adrian Casha u Trustin Farrugia Cann. Flimkien magħhom kien hemm ukoll il-kowċ nazzjonali, Emilio De Leo u Pamela Schembri, li hija responsabbli mill-komunikazzjoni tat-tim nazzjonali Malti.
//= $special ?>

