Lokali

Qtugħ ta’ dawl frekwenti fl-Iklin

Il-qtugħ ta’ dawl f’partijiet tal-Iklin, kien frekwenti fejn kien hemm minn tal-inqas tmien okkażjonijiet ta’ qtugħ ta’ dawl, li sitta minnhom ma kinux ippjanati, bejn is-27 ta’ Novembru 2025 u t-2 ta’ Frar 2026.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet fil-Parlament li tinsab infurmata li f’partijiet mil-lokalità msemmija, matul il-perjodu indikat, il-qtugħ fil-provvista kien minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew sospensjonijiet tas-servizz pjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.

Id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthiny Sammut staqsa fil-Parlament lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; tgħid x’qed jikkawża fi Triq il-Wied u f’partijiet oħra tal-Iklin, peress li kien hemm minn tal-inqas tmien okkażjonijiet ta’ qtugħ ta’ dawl, li sitta minnhom ma kinux ippjanati, bejn is-27 ta’ Novembru 2025 u t-2 ta’ Frar 2026. Il-Ministru ntalbet ukoll tgħid x’miżuri qed jittieħdu biex din is-sitwazzjoni ma tibqax tirrepeti ruħha,